Friday, November 22, 2024

Imħatri llegali: Nicoló Fagioli jeħel sospensjoni ta’ seba’ xhur wara li ammetta l-għemil ħażin tiegħu

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Juventus, Nicolo Fagioli, ingħata sospensjoni ta’ seba’ xhur wara li ammetta mal-prosekuturi ta’ imħatri llegali.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena jidher li kiseb tnaqqis sinifikanti fuq is-sanzjoni minima tas-soltu ta’ sospesjoni ta’ tliet snin għal reati bħal dawn wara li ammetta l-ħtija tiegħu u kkollabora mal-awtoritajiet.

Barra minn hekk, Fagioli stqarr li se jsib l-għajnuna neċessarja biex ifejjaq dan il-vizzju. 

Is-sospensjoni tiegħu tfisser li dan l-istaġun huwa mitmum għalih hekk kif is-sospensjoni tibqa’ fis-seħħ sa Ġunju li ġej. Li kienu ma ammettiex u ma kkoperax, huwa kien jeħel tliet snin u għaldaqstant il-karriera kienet tintemmlu ħesrem. 

Aktar minn 40 player huma suspettati li huma involuti fl-iskandlu tal-imħatri li heżheż il-football Taljan – fosthom iż-żewġ players li jilagħbu fil-Premier League Sandro Tonali u Nicolo Zaniolo.

Il-midfielder ta’ Newcastle United, Tonali, li ffirma biss fis-sajf mingħand AC Milan għal £55 miljun, u l-winger ta’ Aston Villa Zaniolo, misluf mingħand Galatasaray, flimkien ma’ Fagioli, kienu fost l-ewwel ismijiet li ġew żvelati waqt l-investigazzjoni.

Sport