Sunday, November 24, 2024

Imħatri llegali: Tonali f’laqgħa ta’ sagħtejn u nofs mal-Prosekutur ta’ Turin

Aqra wkoll

Il-midfielder tal-Italja u Newcastle United, Sandro Tonali, telaq mill-uffiċċju tal- prosekutur ta’ Turin wara laqgħa li damet sagħ­tejn u nofs.

L-eks stilla ta’ Milan deher dieħel fil-bini nhar it-Tlieta wara nofsinhar għall-ħabta tal-4.00 pm ħin lokali wara li wasal bl-ajruplan mill-Ingilterra aktar kmieni fil-ġurnata.

Huwa ttieħed fis-6.40 pm ħin lokali f’vann iswed.

Skond il-media Taljana, il-prosekutur pubbliku, Emanuele Ped­rotta, wettaq l-interrogazzjoni ma’ Tonali, l-avukati u l-investigaturi tiegħu.

L-aġent ta’ Tonali ikkonferma li l-player qed ifittex kura għall-vizzju fuq il-logħob tal-azzard.

Wieħed irid jara jekk għamilx imħatri fuq logħob tal-football jew fuq poker, blackjack biss jew logħob ieħor mhux relatat.

Dan seħħ wara li l-midfielder ta’ Juventus, Nicolò Fagioli, li ġie formalment skwalifikat għal 12-il xahar, għalkemm se jkun sospiż biss mil-logħob għal seba’ xhur.

Il-ħamsa l-oħra nqalbu f’azzjonijiet alternattivi, inkluż it-trattament tal-vizzju tal-logħob tal-azzard u mill-inqas 10 dehriet pubbliċi biex iħeġġu lil oħrajn jevitaw li jaqgħu fin-nassa tal-imħatri.

Sport