Raġel ta’ 24 sena mis-Sudan intbagħat sitt xhur ħabs wara li pprova jaħrab minn Malta taħt trejler ta’ trakk.
Ir-raġel ġie arrestat fit-terminal tal-Marsa kmieni dalgħodu wara li nstab moħbi taħt it-trejler, hekk kif it-trakk kien se jinstaq għal fuq il-katamaran.
Huwa tressaq b’arrest il-Qorti fi ftit sigħat u ngħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija. Il-Qorti aċċettat it-talba tad-difiża li jingħata kura psikoloġika.