Saturday, December 21, 2024

Immigranti li għamlu rewwixta jeħlu 13-il sena ħabs

Aqra wkoll

Tliet immigranti li kienu involuti f’rewwixta li saret fiċ-ċentru tad-detenzjoni fil-Marsa kienu ikkundannati 13-il sena ħabs bejnienthom wara li ammettew l-involviment tagħhom.

It-tliet immigranti kienu fost erbgħa li ġew akkużati li fit-8 ta’ Jannar 2020, ġewwa l-Marsa Initial Reception Centre, taw in-nar bini u vettura; li ikkaġunaw b’aktar minn €2,500 ħsara b’dannu għall-Gvern Malti; li ħadu sehem f’reat; li m’obdewx l-ordnijiet tal-awtoritajiet u li kissru l-paċi pubblika.

Waqt li r-raba’ immigrant m’ammettix, it-tlieta l-oħra iva b’Raule Josef ta’ 21 sena kien ikkundannat ħames snin ħabs mentri t-tnejn l-oħra erba’ snin ħabs kull wieħed wara li l-Maġistrat Doreen Clarke ikkunsidrat li huma taħt l-età.

Il-prosekuzzjoni fil-konfront tagħhom tmexxiet mill-Ispetturi Sarah Zerafa u Paul Camilleri.

Ekonomija

Sport