Fl-aħħar sigħat saru għadd ta’ movimenti li jistgħu faċilment jindikaw li attakk mill-Istati Uniti fuq l-Iran jista’ jkun imminenti. Indikazzjoni ċara ta’ dan hi l-movimenti ta’ ajruplani militari li fl-aħħar sigħat telqu minn bażijiet fl-Istati Uniti fi triqithom lejn bażijiet fil-lvant nofsani.
Fosthom l-ajruplani li vvjaġġaw kien hemm 48 ajruplan tat-tip F-16, kien hemm 12 ajruplan tat-tip F-22, 18-il ajruplan F-35A, 6 ajruplani tat-tip E-3G Sentry u 40 ajruplan tat-tip KC-135 Tankers.
Il-Polonja ħabbret li kienet qed issejjaħ lill-Pollakki li hemm fl-Iran biex jitilqu immedjatament. Il-USS Gerard Ford tinsab ukoll fi triqitha lejn il-lvant nofsani. L-aktar indikazzjoni ċara ta’ attakk hi l-fatt li intbagħtu l-E-3G Sentry.

