Tuesday, February 3, 2026

Immultat €2,500 talli tajjar mara waqt li kien qed jirriversja

Aqra wkoll

Raġel ġie mmultat €2,500  wara li nstab ħati li meta kien qed jirriversja l-karozza li kien qed isuq, tajjar mara. 

L-imputat kien mixli quddiem il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici li wettaq dan ir-reat fis-6 ta’ Marzu  ta’ sentejn ilu.

L-imputat ġie mixli li b’nuqqas, ikkaġuna ġrieħi gravi lill-mara kif ukoll li saq b’mod peikoluż.

Fil-Qorti xehdet il-vittma li spjegat li dakinar li seħħ il-każ, hija kienet għadha kemm ħarġet mill-ispiżerija  u bdiet miexja lejn il-karozza tagħha.

Fix-xhieda tagħha, spjegat li hija ppruvat tagħmel sinjal lis-sewwieq biex jieqaf jiiversja u li ppruvat tagħti daqqtejn b’idha fuq il-karozza. Żiedet tgħid li f’mument minnhom tilfet il-bilanċ u spiċċat waqgħat taħt il-vettura.

Il-Maġistrat Bonnici li mexxa dan il-każ spjega li l-post  fejn seħħ l-inċident huwa wieħed ffrekwentat mill-pubbliku u li fil-viċinanzi hemm ħafna ħwienet u li għalhekk kull sewwieq għandu l-obbligu li joqghod attent kif isuq. 

Wara li sema’ s-sottomissjonijiet tal-Posekuzzjoni u tadd-Difiża, huwa sab lill-imputat ħati u minbarra l-multa skwalifikalu l-liċenzji kollha tas-sewqan għal 3 xhur u naqqaslu 5 punti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport