Wednesday, July 24, 2024

Immultat wara li nstab ħati li kkaġuna l-mewt ta’ ċiklist fl-Imsida

Aqra wkoll

Ramzi Mawlud Amara Omar, Libjan ta’ 41 sena ġie mmultat €10,000 wara li nhar it-Tnejn instab ħati li sitt snin ilu kkaġuna l-mewt ta’ Zoran Pavlovic fl-Imsida. Zoran Pavlovic għandu 53 sena u kien qiegħed isuq ir-rota meta seħħ l-inċident.

L-inċident kien seħħ fl-1 ta’ Ġunju tal-2018 fi Triq Mikiel Anton Vassalli.

Mix-xhieda li ngħatat quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi intqal li l-akkużat kien qiegħed isuq b’veloċità ta’ ftit aktar minn 100 kilometru fis-siegħa. Intqal li Amar Omar ma rax liċ-ċiklist u baqa’ dieħel fih bil-konsegwenza li l-vittma tar diversi metri. Il-vittma kien ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza iżda kien ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Qorti qalet li l-inċident seta’ jiġi evitat li kieku l-Libjan kien qiegħed isuq bil-galbu. Ġie nnutat ukoll li kien hemm nuqqas min-naħa tal-vittma fejn dan seta juża l-ewwel karreġġjata li kienet ferm anqas esposta għalih u anke li ma kienx liebes l-elmu kif suppost hekk kif dan instab diversi metri bogħod minn fejn spiċċa l-vittma.

Ekonomija

Sport