Saturday, December 21, 2024

Immultata €1,000 fuq filmat li tellgħet fil-midja soċjali rigward iċ-ċirklu ta’ Splash and Fun

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 22 sena ġiet immultata €1,000. Dan wara li l-Qorti sabitha ħatja li tellgħet filmat fuq il-midja soċjali, liema filmat kien meqjus bħala ta’ theddida, hekk kif fih allegatament għamlet kummenti fil-konfront ta’ ċirklu fil-kumpless Splash and Fun.

Il-Qorti spjegat li l-każ seħħ f’Diċembru tal-2022, fejn t-tfajla kienet preżenti waqt esebizzjoni fl-istess ċirklu. Ingħad li matul din l-esebizzjoni, kien hemm wieħed mill-artisti li uża papra ħajja. u li dak il-ħin it-tfajla għajtet mal-istess artist sasbiex jieqaf minn dak li kien qiegħed jagħmel.

Fil-Qorti, ġie spjegat li hi għamlet ukoll rapport lill-Pulizija u lid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali u li ftit tal-jiem wara, tellgħet filmat fejn dehret qed titkellem mal-kelb tagħha u tinstema tgħid; Should we go burn the circus? For legal purposes that’s a joke… maybe.” 

Kien Patrick Vella, id-Direttur ta’ Splash and Fun li għamel rapport lill-Pulizija dwar l-istess filmat. Vella spejga li minħabba l-istess filmat, kien hemm diversi artisti li kienu qed jibżgħ u li saħansitra kien hemm min qed jikkunsidra li jitilqu mix-xogħol.

Id-Difiża sostniet li l-filmat tat-tfajla kien satariku minħabba li din kienet qed tkellem lil kelb u li t-theddid ma kienx kredibbli. Hawnhekk il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qalet li taqbilx mal-argument tad-Difiża

Il-Maġistrat Micallef Stafrace qalet; “Ċertament fl-opinjoni ta’ din il-Qorti li tgħid il-kliem ‘should we go burn the circus?” ma huwiex ċajta u joħloq biża’ leġittimu f’ persuni li jkunu qed jaħdmu fiċ-ċirku, f’persuni ohra li jew jaħdmu fl-istabbiliment tal-parte civile u għal patruċjani tiegħu”.

Meta ġiet għad-deċiżjoni, il-Qorti qieset li l-età tat-tfajla u l-fatt li għandha kondotta nadifa. Minbarra l-multa, hija ġiet marbuta wkoll b’garanzija ta’ €2,000 għal għaxar xhur biex ma tagħmel eda kuntatt mad-Direttur ta’ Splash and Fun.

Ekonomija

Sport