Wednesday, March 5, 2025

Immultata €500 wara li żammet mużika għolja fi stabbiliment kummerċjali

Aqra wkoll

Maria Agius, sid ta’ stabbiliment fix-Xlendi, Għawdex, ġiet immultata 500 ewro wara li nstabet ħatja li żammet mużika għolja.

Hi tressqet quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech mixlija li fit-23 ta’ Mejju tas-sena l-oħra bejn l-10.00 p.m. u nofsillejl neqsin ħames minuti ħalliet isir kant jew ħsejjes li setgħu jdejqu lill-ġirien. Hi ġie akkużata wkoll li naqset milli tibgħat ‘l barra persuna li kien xurban u li bil-kliem u ġesti oħrajn ried iqajjem l-istorbju.

Il-Prosekuzzjoni qalet li dakinhar tal-każ, għall-ħabta tal-10.00pm kienet irċiviet telefonata minn resident fix-Xlendi li mill-istabbiliment imsemmi kien ġej ħafna storbu u kien qiegħed jidejjaq.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn hemm kienu tkellmu ma’ persuni li kien impjegat hemm. Hu kien ġie informat bir-rapport u dan baxxa l-volum tal-mużika mill-ewwel.

Iżda, l-Ispettur Gauci kompla jgħid li wara li telqu l-volum tal-mużika kien reġa’ żdied. L-istess resident kien reġa’ ċempel l-għassa, iżda l-Pulizija ma reġgħux niżlu fuq il-post.

Kienu nformawh li kien se jittieħdu passi kriminali fil-Qorti u li għalhekk ma kienx hemm aktar x’jagħmlu.

Min-naħa tagħha d-difiża kienet qalet li l-mużika kienet qiegħda tindaqq b’volum għoli qabel il-11.00pm. L-avukat difensur qal li l-pulizija ma semmew xejn aktar dwar aktar telefonati li kienu saru u li l-mużika kienet baqgħet tindaqq b’volum għoli.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li “waħda mill-kundizzjonijiet li jrid josserva stabbiliment kummerċjali huwa li ma jiġux ġenerati ħsejjes bid-daqq ta’ mużika minn baned live jew mużika amplifikata jew mezzi oħra li jinstemgħu minn barra l- post u li jdejqu jew jikkawżaw storbju għall-ġirien u dan bejn il-ħinijiet tal-11.00 p.m. u d-9.00 a.m. tal-għada filgħodu u bejn is-1.00 p. m u l-4.00p.m.”

Irreferi għax-xhieda li ta r-resident fejn dan qal li huwa ċar li dakinhar tal-każ l-istabbiliment Terrazzo ma kienx qiegħed in ottemporanza ma’ din il-kundizzjoni speċifika u l-mużika li idejjaq in-nies kompliet għaddejja wara l-11.00pm.

Ġie nnuttat ukoll li l-Awtorità Maltija dwar it-Turiżmu, għar-rigward dan l-istabbiliment ma kien hemm l-ebda estensjoni li kienet tippermetti d-daqq tal-mużika wara l-11.00pm.

Kien għalhekk wara li l-Qorti ppresduta mill-Maġistrat Jean Paul Grech semgħet il-provi mressaq, sabet lil Maria Agius ħatja u kkundannata € 500.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport