Thursday, April 24, 2025

Immut x’ħin nieqaf nipprattika l-isport għax f’ħajti l-isport jibqa’ l-akbar prijoritá – Paul Caruana

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Iddeskrivi l-karriera passata tiegħek ta’ referee u x’sodisfazzjon din tatek f’ħajtek.

Personalment, inħoss li kelli karriera sabiħa u ta’ sodisfazzjon bħala referee f’perjodu minn ħajti, fejn ilħaqt tragward sabiħ ta’ 180 logħba fil-Malta Premier. Jien bdejt ta’ etá kbira wara li lgħabt il-futbol lokali, biss ma narax li kelli karriera ta’ xi plejer u tlaqt għall- karriera ta’ referee. L-ikbar sodisfazzjon li din laqqgħatni ma’ ħafna nies u tatni ħafna dixxiplina personali.

Int ukoll wieħed mill-imħuħ ewlenin wara l-Akkademja tar-Referees. Agħtina iktar dettalji.

L-Akkademja tar-Referees eżatt bdieha l-ħabib tagħna Adrian Casha flimkien ma’ Alex Arena u ftit wara għaddiet għandi fejn domt xejn inqas minn 11-il sena inħarreġ tfal minn etá ta’ 14-il sena bl-għajnuna wkoll ta’ James Farrugia. L-iskop intlaħaq għax illum għandna referees u assistenti referees fil-Premier Malti li ħarġu minn taħt idejna. Biss l-akbar sodisfazzjon kien li t-tfal mhux biss il-futbol imma li jitilgħu b’dixxiplina u aktar minn hekk ‘il bogħod mill-vizzji korah li hawn madwarna. Ħasra li twaqqfet u ma sar xejn aktar fis-setur tat-tfal għal dik l-etá żgħira. Nemmen li meta nilħqu tfal minn etá żgħira, huma jaslu aktar b’saħħithom u ppreparati.

Ħa nduru issa għall-atletika. Kif għażilt l-atletika fost minjiera ta sports ieħor?

X’ħeġġek l-iktar biex tibda tipprattika dan l-isport?

Kien żmien ta’ transizzjoni fejn ħarist li nkompli nitgħallem u nitħarreġ għax dik hija parti minn ħajti. Għażilt l-atletika għax huwa sport li jibqa’ jlaqqgħek man-nies u tagħmlu f’ħin li tagħżlu int mingħajr rabta. Issa sar parti minni.

Liema kien l-aħjar ħin tiegħek sa issa?

L-aqwa ħin tiegħi kien l-Ingilterra lura fl-2016 fejn kont mort vaganza pjanata li hemm nofs maratona bl-isem ‘New Forest’. Kont iżgħar u ppreparat ħafna fejn għamilt ħin ta’ 1: 40 minuta ta’ 50 sena. Biss għalija dan l-isport kull min  jaqbeż il-‘finish line’ huwa diġá champion għax f’ċerta etá dak jibqa’ l-iskop ewlieni.

Għandek xi ħolma partikolari li tixtieq tikseb fl-atletika?

Ħolma partikulari m’għandix biss li nkun ta’ eżempju lejn xi ħadd li nista’ nkun ta’ għajnuna tibqa’ l-ikbar ħolma li dejjem kelli.

X’sagrifiċċji / ‘commitments’ partikolari jitlob l-isport li int tipprattika?

Sagrifiċċji hemm ħafna għax trid isib il-ħin li nemmen li b’dixxiplina ssibu dejjem. Commitments fl-isport hemm dejjem kemm b’mod partikolari fil-preparazzjoni fiżika kif ukoll mentali.

Għalkemm l-atleti li tikkompeti magħhom huma wkoll ħbieb tiegħek, ninsab persważ li jidħol ukoll ċertu sens ta  kompetizzjoni fejn wieħed ikun irid jikseb ħin aħjar mill-ieħor. Il-kummenti tiegħek.

Bhall kull sport ieħor kompetizzjoni ikun hemm dejjem … biss jien personali Ilum nara li l-importanti għalija li nasal sal-‘finish line’. Dik l-akbar kompetizzjoni miegħi nnifsi. Għalija llum saret biss sodisfazzjon personali u xejn aktar.

X’kompetizzjonijiet prinċipali se tkun qed tieħu sehem fihom fil-futur qrib?

Fl-aħħar ta’ Mejju li ġej se nikkompeti ġewwa Venezia fl-Italja u wara nipprepara għan-Nofs Maratona ta’ Palermo fi Sqallija ma’ grupp ta’ ħbieb.

Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw l-atletika.

L-isport jibqa’ l-aqwa mediċina għall-ġisem tagħna, magħmul minn dixiplina fejn tidħol saħħa fiżika kif ukoll mentali. L-isport huwa investiment għal saħħitna li meta nikbru nirrealizaw li l-ġisem tagħna jdum aktar b’saħħtu. Inħeġġeġ lil min għadu jaħsibha li qatt mhu tard li jibda jagħmel xi ħaġa għax illum hawn ħafna opportunitajiet għax kull sport huwa sabiħ. Taħlux ħin għax il-ħin huwa prezzjuż ħafna!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport