Tuesday, May 14, 2024

“Imnalla ma kellhiex it-tarbija magħha”… Mara ssofri ġrieħi wara inċident fin-Nadur

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li lbieraħ kienet involuta f’inċident fin-Nadur Għawdex.

Wieħed mill-qraba tal-mara qal li din tista’ tgħoddha b’waħda wara li spiċċat inqalbet bil-vettura tal-għamla Peugeot 206 li kienet qed issuq għal ġo gandott fil-ġenb tat-triq.

Din il-persuna kompliet biex tgħid li “In-negliġenza tal-kuntrattur li qiegħed jaħdem it-triq setgħet swiet il-ħajja ta’ membru tal-familja, imnalla ma kellhiex it-tarbija magħha… nispera li wara dan l-inċident ikollu biex iżid il-blokok tal-konkos li hemm neqsin”.

Intant persuni oħra li kkummentaw, filwaqt li awguraw fejqan ta’ malajr lill-mara, sostnew li li kieku kien hemm il-blokok tal-konkos, kieku jaf l-inċident seta’ kien wieħed agħar u li jeħtieġ li jkunu l-awtoritajiet li jiddeterminaw x’wassal għall-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport