Wednesday, July 16, 2025

Imnedija attività li tkompli tivalorizza l-prodott lokali

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar id-dettalji dwar l-attività ‘Maltese Sausage Day’ li se tittella’ nhar is-Sibt, 26 ta’ Lulju mit-8:00pm ’il quddiem, b’kollaborazzjoni bejn il-Biċċerija Pubblika u s-settur privat.

Dan l-avveniment se jkompli jżid ir-rikonoxximent u jivalorizza l-prodott lokali fosthom taz-zalzett tal-Malti li huwa prodott tradizzjonali li jmur lura mijiet ta’ snin. L-avveniment, li  se jittella’ fil-Biċċerija Pubblika fil-Marsa, se jkun qed jinkludi gabbani tal-ikel fejn l-ingredjent prinċipali se jkun iz-zalzett tal-Malti, se jiġu wkoll promossi prodotti lokali, se jkun hemm wirja mużikali minn banda Maltija, kif ukoll play area għat-tfal, fost attivitajiet oħra.

Il-Ministru Anton Refalo tenna, “Dan l-avveniment mhux biss ifakkar dak li jagħmilna Maltin iżda huwa wkoll apprezzament lejn ir-raħħala tagħna li jaħdmu bla waqfien sabiex jipproduċu l-aqwa prodott lill-poplu Għawdxi u Malti. Ir-rikonoxximent lejn iz-zalzett tal-Malti huwa wkoll wirja ċara tal-impenn tagħna li nkomplu nżommu t-tradizzjonijiet Maltin ħajjin.”

Id-Direttur tal-Biċċerija, Stefan Cachia stqarr, “Dan huwa avveniment ieħor li qed intellgħu bħala Biċċerija Pubblika, fi sħubija mas-settur privat biex nippromwovu prodotti tal-laħam li huma lokali. Iz-zalzett tal-Malti huwa wieħed minn dawn il-prodotti li bħalissa qegħdin fil-proċess biex jiġi protett bħala prodott tradizzjonali kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport