Saturday, December 28, 2024

Imnedija konsultazzjoni pubblika għall-Politika Nazzjonali dwar iż-Żgħażagħ 2021-2030

Aqra wkoll

Il-konsultazzjoni pubblika għall-Politika Nazzjonali dwar iż-Żgħażagħ, li tnediet mis-Segretarju  Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima, hija politika bbażata u  mibnija fuq is-suċċessi miksubin fl-aħħar ħames snin, filwaqt li tiffoka fuq l-isfidi u l-opportunitajiet li ġejjin. 

Il-Politika Nazzjonali dwar iż-Żgħażagħ 2021-2030 bl-isem Towards 2030 – Reaching out to, working  with, and supporting young people se tkopri l-perjodu bejn l-2021 sa l-2030 u tiffoka fuq iż-żgħażagħ  kollha ta’ bejn it-13 u t-30 sena.  

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li permezz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ fl-2015, kienet ġiet stabbilita politika nazzjonali realistika u fattibbli. Is-suċċess f’dan is settur huwa xhieda  tal-impenn u dedikazzjoni tal-Gvern lejn iż-żgħażagħ. Din il-politika pprovdiet pedamenti sodi għall ħidma li qed issir illum għall-iżvilupp ta’ politika nazzjonali ġdida dwar iż-żgħażagħ. 

“Aħna fiduċjużi li meta naħdmu flimkien fi spirtu ta’ kooperazzjoni u appoġġ reċiproku, biż żgħażagħ jingħataw r-rwol ċentrali u ta’ protagonsiti, nistgħu ndawru kwalunkwe sfida f’opportunità sabiex niżguraw żvilupp sħiħ tal-persuna”, temm jgħid is-segretarju parlamentari. 

Towards 2030 hija inkorporata f’politiki nazzjonali relatati kif ukoll fil-politiki taż-żgħażagħ Ewropej  u internazzjonali u se tikkumplimenta l-politiki nazzjonali f’oqsma relatati bħall-edukazzjoni, l impjieg, il-ġustizzja u s-saħħa – oqsma li lkoll għandhom impatt fuq iż-żgħażagħ. 

Il-viżjoni ta’ din il-politika se tkun: 

• Flessibbilità u innovazzjoni—li tvarja minn dak lokali għal dak nazzjonali u minn dak  nazzjonali għal dak Ewropew u dak globali. 

• Għandha l-għan li tappoġġja u tħeġġeġ liż-żgħażagħ, kemm bħala individwi kif ukoll bħala  ċittadini, fi skejjel u istituzzjonijiet edukattivi, fix-xogħol, fil-komunità u permezz tal-midja  soċjali. 

• Li tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ permezz tal-prattika effettiva tal-youth work, inkluża d diġitalizzazzjoni tax-xogħol taż-żgħażagħ; ċentri u appoġġ reġjonali u lokali bbażati lokalment; programmi nazzjonali, proġetti u inizjattivi transsettorjali mas-setturi volontarji,  statali u privati; u xogħol miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ. 

Din il-politika tistabbilixxi sitt għanijiet strateġiċi u azzjonijiet li se jiġu implimentati matul il perjodu 2021-2030.  

Ir-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ din il-politika se tkun tal-Ministeru għall Edukazzjoni u x-Xogħol u tas-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, iż-Żgħażagħ u l-Volontarjat,  filwaqt li Aġenzija Żgħażagħ se tkun responsabbli għall-ippjanar strateġiku, l-implimentazzjoni u  kwistjonijiet operattivi ta’ kuljum. Il-Kunsill Nazzjonali taz-Żgħażagħ ukoll se jsegwi din il-politika. 

Dan id-Dokument ta’ Diskussjoni jara li jiżgura li dawk in-nies, gruppi u organizzazzjonijiet kollha  li jaħdmu għal, u maż-żgħażagħ, ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw b’mod attiv u  jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tiegħu. 

Il-konstulazzjoni pubblika hija miftuħa sat-30 ta’ Ottubru 2020 u l-pubbliku jista’ jibgħat is suġġerimenti tiegħu permezz ta’ email fuq: [email protected]

Id-dokument tal-konsultazzjoni pubblika għall-Politika Nazzjonali dwar iż-Żgħażagħ 2021-2030  jinsab fuq is-sit: https://online.fliphtml5.com/rqmms/hhjn/.

Ekonomija

Sport