Thursday, January 30, 2025

Imniedi il-Pjan t’Azzjoni għall-2025 tal-Kunsill Malti għall-Arti

Ċelebrazzjoni tal-10 anniversarju u tiġdid immarkati b’kalendarju mimli inizjattivi, inkluż 23 skema ta’ finanzjament li jammontaw għal investiment totali ta’ €7 miljun

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar il-Pjan t’Azzjoni tal-Kunsill Malti għall-Art (KMA) għall-2025.

L-avveniment immarka wkoll it-tnedija tat-tiġdid tal-KMA kif ukoll ta’ website aġġornata, li jaħbat mal-għaxar anniversarju tal-Kunsill din is-sena. Dawn l-aħħar 10 snin raw lill-Kunsill jinvesti f’eċċess ta’ aktar minn €28 miljun fi sforz biex jikber is-settur u jrendih bħala industrija professjonali u ekonomikament vijabbli.

Il-Ministru Owen Bonnici qal: “F’dawn l-aħħar 10 snin il-Gvern ta s-saħħa lill-Kunsill sabiex jiżviluppa sistema solida ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament sabiex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għar-riżorsi mill-artisti u l-prattikanti. Aħna instagajna wkoll diversi inizjattivi oħra li komplew isaħħu s-settur fl-intier tiegħu, f’konformità mal-wegħda elettorali tagħna li nkomplu ninvestu bis-saħħa fl-arti u l-kreattività.

“Nedejna serje ta’ inċentivi fiskali għall-artisti u s-settur b’mod ġenerali, bħar-rata ta’ taxxa ta’ 7.5% għall-prattikanti kreattivi li jaħdmu għal rashom u riduzzjoni fit-taxxa ta’ 150% għal donazzjonijiet kulturali. Aħna ffaċilitajna l-aċċess taż-żgħażagħ għall-kultura permezz ta’ inizjattivi bħall-Culture Pass. Jiena kburi li issa nħabbar investiment ta’ €7 miljuni fil-programm ta’ finanzjament għall-2025 hekk kif inħarsu ’l quddiem sabiex inkomplu nixprunaw it-tkabbir sostenibbli tas-settur.

Il-Kap Eżekuttiv tal-KMA Albert Marshall qal: “Meta ħadt ir-riedni ta’ dan l-irwol fl-2014, il-pajsaġġ kulturali f’Malta kien għadu fl-istadji tal-bidu tal-iżvilupp tiegħu. Il-fok ewlieni kien fuq l-organizzazzjoni ta’ festivals u ċelebrazzjonijiet nazzjonali. L-idea li niggvernaw is-settur kulturali b’approċċ strateġiku u komprensiv kien kunċett li għadu qed jissawwar.

L-Uffiċjal Kap tal-Operat Luke Dalli, qal: “Id-deċiżjoni tat-tiġdid ġejja mir-rikonoxximent tal-Kunsill tal-pajsaġġ kulturali u kreattiv dejjem jevolvi, kif ukoll il-bżonn li nimmodernizzaw l-identità tiegħu sabiex jiġi allinjat ma’ valuri kontemporanji u għanijiet strateġiċi. Dan l-eżerċizzju ta’ tiġdid jirrifletti l-impenn tal-Kunsill sabiex jaffaċċja sfidi industrijali, jissielet għal drittijiet kulturali, u jistabbilixxi lilu nnifsu bħala mexxej li jaħseb bil-quddiem fil-komunità kreattiva ta’ Malta.”

“B’identità mġedda, aħna nimmiraw li jkollna reżonanza ma’ udjenzi kontemporanji u ninkoraġġixxu parteċipazzjoni aktar wiesgħa fis-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. Finalment, il-proċess jiżgura li nallinjaw irwieħna ma’ xejriet internazzjonali, u b’hekk inżommu n-narrattiva kulturali ta’ Malta waħda moderna, sostenibbli, u globalment relevanti.”

L-Uffiċjal Kap tal-Operat għall-Fondi u l-Istrateġija Mary Ann Cauchi, qalet li l-Istrateġija 2025 daqt tiġi implimentata u aħna lesti li nwasslu l-kultura u kreattività għal livelli ġodda. “Fil-fatt, dis-sena, il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qiegħed iwettaq konsultazzjonijiet għall-Istrateġija 2030. Konsultazzjonijiet għall-Istrateġija 2030 diġà għaddejjin. Prijorità ewlenija hija li ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-artisti permezz tal-Karta tal-Istatus tal-Artist, waqt li l-promozzjoni tal-inklussività tibqa’ ċentrali, kif ukoll l-integrazzjoni tal-arti fil-kura tas-saħħa u ambjenti terapewtiċi.”

Cauchi spjegat ukoll kif dis-sena l-KMA se jamministra portafoll robust ta’ 23 skema ta’ finanzjament u 35 sejħa, li komplessivament jindirizzaw oqsma ewlenin, inkluż l-edukazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni, il-midja (cioè film, gazzetti, u radju), il-wirt artistiku, l-intraprenditorija, żvilupp ta’ proġetti, il-bini ta’ kapaċità, proġetti komunitarji u reġjonali, kif ukoll is-saħħa u l-benessri. Din il-lista tinkludi wkoll ħames skemi ġodda flimkien ma’ bidliet għal xi skemi eżistenti.

Il-KMA uffiċjalment nieda d-Direttorat tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali, li hu ddedikat biex jespandi l-impront kulturali ta’ Malta globalment. Filwaqt li l-internazzjonalizzazzjoni ilu parti essenzjali mill-ħidma tal-Kunsill, dan id-direttorat se jkollu l-għan li jikkonsolida u jtejjeb l-isforzi sabiex it-talent artistiku Malti jiġi esebit fuq pjattaformi prestiġġjużi internazzjonali.

Annabelle Stivala, Executive Head tad-Direttorat il-ġdid tar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali, qalet li l-missjoni primarja tad-direttorat huwa li jippromwovi artisti Maltin u l-identità Maltija fuq skala globali. “Din is-sena, dan id-direttorat se jalloka iżjed fondi u jżid opportunitajiet għal artisti lokali sabiex jesebixxu u jagħtu prestazzjonijiet internazzjonalment. Lil hinn minn assistenza finanzjarja, id-direttorat huwa kommess li jipprovdi għodda u riżorsi li l-artisti għandhom bżonn globalment biex jiffjorixxu.”

Permezz tal-isfruttar tal-ispinta meħuda minn kisbiet passati, inkluż il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja u l-London Design Biennale, id-direttorat diġà espanda l-preżenza tiegħu bili assigura spazju fil-Gwangju Biennale prestiġġjuż fil-Korea t’Isfel, l-aktar avveniment kontemporanju tal-arti mexxej fl-Asja.

Inizjattiva sinifikanti oħra għall-2025 hija l-pjan li jiġu esebiti x-xogħlijiet kollha mill-parteċipazzjoni ta’ Malta f’Venezja u Londra, u b’hekk dawn il-biċċiet tax-xogħol akklamati jinġiebu quddiem udjenzi Maltin.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-website ġdida tal-KMA fuq artscouncil.mt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport