Tnieda proġett ieħor li ser jippromwovi r-riċerka fit-teknoloġija marittima f’Malta. Il-proġett tnieda waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti u minn Dr Inġ. Brian Azzopardi, mill-Fondazzjoni għall-Innovazzjoni u Riċerka – Malta (FiR.mt).
F’dan il-proġett, il-Fondazzjoni għall-Innovazzjoni u Riċerka – Malta se tagħmel riċerka fuq tliet studji distinti: l-enerġija tal-mewġ, is-sistemi ta’ trasferiment tad-dawl għal vetturi fil- u ġol-baħar, u l-laboratorju ħaj għall-portijiet li jippermetti monitoraġġ f’ħin reali. Għalhekk dan il-proġett għandu l-għan li joffri soluzzjonijiet biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, li jwassal għal kwalità tal-arja aħjar u ambjent aktar nadif.
Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal, “Dan il-proġett huwa importanti minħabba li l-baħar mhux biss huwa parti mill-wirt tagħna imma huwa wkoll essenzjali għall-futur tagħna, hekk kif huwa sors ta’ enerġija sostenibbli, tkabbir ekonomiku, u konservazzjoni ambjentali. Din l-inizjattiva tirrappreżenta pass ’il quddiem fl-isforzi ta’ Malta fir-riċerka marittima, fl-innovazzjoni teknoloġika, u fis-sostenibbiltà bl-appoġġ finanzjarju tal-Gvern”.
Min-naħa tiegħu, Dr Inġ. Brian Azzopardi qal, “Inħarsu ’l quddiem biex nibdew dan il-proġett ta’ riċerka importanti li jindirizza temi avvanzati u kwistjonijiet kritiċi għal Malta fit-teknoloġija marittima, inkluż l-istabbiliment ta’ living laboratory ieħor fil-portafoll tal-Fondazzjoni.”
Imniedi proġett li se jippromwovi r-riċerka u t-teknoloġija marittima
Iktar riċerka u innovazzjoni fl-ibħra tagħna