Tuesday, December 16, 2025

Imniedi servizz ġdid fid-dipartiment tal-Medical Imaging f’Mater Dei

Aqra wkoll

Ġie imniedi servizz anġografiku ġdid li juża tekniċi mekkaniki u kimiki li jfarrku demm maqgħud (blood cloths) li jkun qed jimblokka l-arterji maġġuri tal-pulmun. Dan ħabbru il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanita Attiva Jo Etienne Abela.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanita Attiva Jo Etienne Abela spjega kif l-emoblija pulmonali (Pulimnory embolism) hija kundizzjoni fejn demm maqgħud jeħel fl-arterji tal-pulmun u joħolqu kumplikazzjonijiet fiċ-ċirkulazzjoni tal-qalb li f’wieħed minn kull sitt pazjent jistgħu jkunu fatali.

Qal kif s’issa, it-trattament ta’ din il-kundizzjoni kien jikkonsiti f’mediċini li jgħinu d-demm biex ma jaqgħadx (Anti-koagulation) jew mediċini li jfarrku l-cloths (Trombolytics). Is-servizz tal-EKOS ikisser il-cloths b’sistema innovattiva ta’ ultra-sound u trombolysis diretti fil-blood cloth. Il-Ministru faħħar dan l-isforz multidixxiplinarju li jinvolvi radjologi, kardjologi, esperti tal-pulmun u tal-emerġenzi, radjografi, speċalisti tat-taqsima tal-kura intensiva u infermiera li flimkien ser ikunu qed joffru dan is-servizz rivoluzzjonarju.

“Jien konvint li l-investiment u l-fiduċja li l-gvern joffri lill-impjegati tiegħu jwasslu għal innovazzjonijiet ta’ dan it-tip” tenna Dr Abela.

Il-Ministru Abela qal li din il-kundizzjoni tirrapreżenta t-tielet l-aktar kawża komuni ta’ imwiet kardjovaskulari. “Dan huwa mezz mill-anqas invażiv li jsalva l-ħajja tal-pazjenti u jiffrankalhom operazzjonijiet maġġuri li r-riżultati tagħhom kien ħażin. Inħares ‘il quddiem għall-iżvillup il-ġdid fejn permezz ta’ pjattaforma tal-AI, is-servizz ħolistiku jsir aktar efikiċjenti”, temm jgħid Dr Abela.Min-naħa tiegħu Dr Kieran Chircop spjega d-dettalji tekniċi tal-proċedura fejn apparati speċjalizzati jittpoġġew fl-arterji tal-pulmun minn tingiża ma ġewwa tal-koxxa (Groin).

Qal kif dan l-apparat jitħalla jagħmel xogħolu għal diversi siegħat b’riżultati eċċellenti li mhux biss isalvaw il-ħajja, iżda wkoll jirriżultaw f’ħafna anqas kumplikazzjonijiet kroniċi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport