Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne jindika wkoll li ladarba t-tilqima kontra l-coronavirus tkun disponibbli fis-suq, il-Gvern se jkun qed jipprovdiha wkoll
Aktar kmieni dalgħodu l-Gvern ħabbar li se jkun qed iżid tilqima oħra b’xejn fil-formularju tal-Gvern. It-tilqima kontra l-Pneumococcus se tkun qed tibda tingħata b’xejn minn nhar it-tnejn li ġej b’appuntament miċ-ċentri tas-saħħa kollha.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet, fejn tenna li din it-tilqima preċedentement kienet tkun disponibbli biss mill-privat, b’kors sħiħ kien jiġi jiswa lill-ġenituri mal-€200. Huwa tenna li din it-tilqima se tkun qed tilqa’ kontra mard mill-pulmun, infezzjonijiet fil-widnejn u l-imnifsejn, u anke fil-moħħ.
L-ewwel doża tat-tilqima se tkun qed tingħata lil dawk it-trabi li jkollhom madwr tmien ġimgħat, bit-tieni doża tingħata meta jkollhom bejn tlieta u erba’ xhur, bit-tielet doża tingħatalhom meta jkollhom sena.
Intant Feanre tenna li t-tilqim huwa essenzjali biex nevitaw kemm jista’ jkun numru ta’ mard infettiv. Filwaqt li qal li 98% tal-poplu Malti u Għawdxi huwa mlaqqam, ir-rata tat-tilqim naqset b’25% anke minħabba s-sitwazzjoni attwali marbuta mal-pandemija tal-Covid-19.
Huwa żied jgħid li saħansitra t-tilqim kontra l-MMR u l-gattone naqas b’50%. Huwa attribwixxa dan għall-fatt li tobba tal-familja matul dwn l-aħħar ġimgħat kellhom inaqqsu s-servizz fil-komunità, u kif ukoll l-għoti tat-tilqim kien limitat għaċ-ċentru tas-saħħa f’Għawdex, u dawk tal-floriana u l-Mosta f’Malta.
Din se tkun it-13-il tilqima li se tkun qed tingħata b’xejn mill-Gvern.
Fearne indika wkoll li ladarba t-tilqima kontra l-coronavirus tkun disponibbli fis-suq, il-Gvern se jkun qed jipprovdiha wkoll.
This morning we will be launching a new free #vaccine on the #Malta National Vaccination Schedule: #pneumococcus vaccine for all babies starting at 8 weeks. #vaccineswork
— Chris Fearne (@chrisfearne) May 2, 2020