Friday, November 8, 2024

Impenji internazzjonali fil-Greċja għal Stephen Vella

Aqra wkoll

Il-UEFA Futsal Champions League reġgħet lura għal staġun ieħor u l-logħbiet tal-grupp tar-Rawnd Preliminari huma skedati għall-aħħar ta’ din il-ġimgħa.

Il-Malta FA bi pjaċir ħabbret li l-Kumitat tar-Referees tal-UEFA ħatar lir-referee tal-Futsal Stephen Vella biex jirrefja fil-partiti ta’ Grupp F li se jkunu kkontestati fil-Greċja, hekk kif Doukas SAC se jkunu qed jospitaw dan il-grupp tar-Rawnd Preliminari, li jinkludi wkoll lil Blue Magic FC Dublin li jirrappreżenta lill-Irlanda, iċ-Champions tal-Futsal tal-Moldova BSC Nistru Chişinău, u d-debuttanti f’din il-kompetizzjoni tal-UEFA elite, it-tim Ingliż Bloomsbury Futsal.

L-Erbgħa tintlagħab l-Ewwel Partita, b’aktar logħbiet imħejjija għall-Ħamis u s-Sibt, qabel ir-rebbieħa tal-gruppi u r-runners up fl-aħjar pożizzjoni jgħaddu għar-rawnd prinċipali ‘Path B’ tal-kompetizzjoni.

Il-Malta FA bagħtet l-isbaħ xewqat tagħha lil Stephen Vella għal dawn l-impenji fil-Greċja f’kompetizzjoni sinjifikanti bħall-UEFA Futsal Champions League.

Sport