Friday, September 13, 2024

Impenji internazzjonali prestiġjużi għal Ishmael Barbara u Duncan Spencer

Aqra wkoll

Ir-Referee tal-FIFA Ishmael Barbara u l-Assistant Referee tal-FIFA Duncan Spencer inħatru bħala r-referee u Assistant Referee 1, rispettivament, għal-logħba tal-lum mill-Kampjonat UEFA U19 bejn it-Turkija u d-Danimarka (Kick-off fis-7.00pm). Dan jimmarka t-tieni appointment għall-uffiċjali Maltin f’dan it-tournament prestiġjuż, li bħalissa qed isir fl-Irlanda ta’ Fuq.

Barbara u Spencer huma parti minn grupp elite ta’ uffiċjali tal-logħba, li jinkludi sitt referees, tmien assistenti referees, u żewġ raba’ uffiċjali.

Il-Malta FA ferħet mill-qalb lil Ishmael Barbara u Duncan Spencer għall-kisbiet u l-kontribuzzjonijiet kontinwi tagħhom f’dan it-tournament.

Ekonomija

Sport