Ir-referee tal-FIFA Trustin Farrugia Cann ġie maħtur biex jikkontrolla l-logħba mir-round tal-aħħar 16 tal-UEFA Youth League 2021/22 bejn MSK Zilina Youth (Slovakkja) u FC Salzburg Youth (Awstrija).
Il-partita skedata li tibda fl-4.30pm tal-Erbgħa 2 ta’ Marzu se tkun qed tintlagħab fl-MSK Zilina Stadium fil-belt Slovakka ta’ Zilina.
Ir-Referee Farrugia Cann se jkun assistit mill-Assistant Referees lokali Luke Portelli u Duncan Spencer.
L-MFA qalet li dejjem huwa ta’ pjaċir għaliha li tħabbar impenji internazzjonali lill-uffiċjali fi ħdanha, u fil-fatt xtaqet testendi l-isbaħ xewqat lil Trustin Farrugia Cann u lill-bqija tat-team fil-ħidma tagħhom nhar l-Erbgħa li bi kburija se jkunu qed jirrappreżentaw lil pajjiżhom u lill-Maltin permezz tal-football lil hinn minn xtutna.