Il-Malta Football Association bi pjaċir ħabbret appointment internazzjonali ieħor għal tim lokali ta’ uffiċjali tal-logħba.
Il-logħba tal-UEFA Europa Conference League nhar il-Ħamis 17 ta’ Awwissu bejn it-tim tal-Lussemburgu FC Swift Hesper u FC Struga li jirrappreżentaw lill-Maċedonja ta’ Fuq se tkun immexxija mir-referee tal-FIFA, Matthew De Gabriele.
Huwa se jkun assistit minn Mitchell Scerri u Duncan Sultana bħala l-Assistenti Referees tiegħu, filwaqt li Trustin Farrugia Cann se jservi fir-rwol tiegħu bħala 4 uffiċjal.
FC Struga ħarġu rebbieħa 3-1 fl-ewwel leg matul l-ġimgħa li għaddiet ġewwa darhom.
Din hija partita tar-ritorn (it-Tieni Leg) fit-Tielet Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni.
Il-partita tal-Ħamis fdata f’idejn tim Malti ta’ uffiċjali tal-logħba fil-Lussemburgu hija skedata li tibda fit-8.00pm.
L-MFA tixtieq testendi l-isbaħ xewqat tagħha lir-referee De Gabriele u lit-tim tiegħu fil-kompitu tagħhom biex jikkontrollaw din il-partita.