Saturday, April 26, 2025

IMPENN LI L-FINANZI PUBBLIĊI JINŻAMMU F’SITWAZZJONI SOSTENIBBLI

Aqra wkoll

B’mod regoli nisimgħu dikjarazzjonijiet u anke jinħarġu rapporti dwar l-l-ekonomija Maltija u kif din tkun sejra. B’mod kontinwu nisimgħu b’ekonomija li qiegħda dejjem tikber u li t-tkabbir ekonomiku baqa’ wieħed b’saħħtu.

L-aħħar ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jikkonfermaw li d-defiċit ta’ Malta naqas b’mod sinifikanti aktar milli kien mistenni. Dan b’tali mod li qabżet kemm it-tbassir tad-defiċit kif ukoll tad-dejn għall-2024.

Fil-fatt, ġie rrapportat kif id-defiċit għall-2024 kien ta’ 3.7%, titjib ta’ 0.8 punti perċentwali fuq it-tbassir oriġinali ta’ 4.5%. Barra minn hekk, ir-rata tad-dejn naqset għal 47.4% tal-GDP, b’titjib qawwi ta’ 7.9 punti perċentwali meta mqabbel mat-tbassir ta’ 55.3%.

Iżda ta’ min wieħed jinnota wkoll kif it-tbassir tad-defiċit għall-2025 ġie aġġustat minn 3.5% għal 3.3%. Minbarra f’dan, l-indikazzjonijiet qegħdin juru li meta aktar tard in is-sena jinqara l-budget għas-sena d-dieħla, din iċ-ċifra tkun niżlet taħt it-3%.

Dan l-iżvilupp huwa frott ta’ tmexxija finanzjarja responsabbli, miżuri mmorati u governanza għaqlija, li kollha flimkien wasslu sabiex pajjiżna jkompli jissaħħaħ. Grazzi għal dawn l-isforzi, Malta issa mistennija toħroġ mill-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv sentejn qabel il-previżjonijiet inizjali. 

Għalhekk naqblu ma’ dak li qal il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, li dawn ir-riżultati għandhom iservu ta’ serħan tal-moħħ li l-qagħda fiskali tal-Gvern hi waħda mill-aktar sostennibbli. Dan għaliex minkejja x-xokkijiet esterni, il-piż tad-dejn, sena wara l-oħra, qiegħed ikompli jonqos. Barra minn hekk, ma rridux ninsew ukoll li Malta għadha l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qed tissussidja l-prezzijiet tal-enerġija.

Nemmnu li l-Gvern preżenti se jibqa’ impenjat sabiex iżomm il-finanzi pubbliċi f’sitwazzjoni sostenibbli. Dan filwaqt li bħalma għamel fis-snin preċidenti se jkompli jinvesti fil-familji Maltin u Għawdxin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport