Saturday, May 18, 2024

Impjegati tal-Apex Group iwettqu ħidma volontarja fid-Dar tal-Providenza

Aqra wkoll

Grupp imdaqqas ta’ impjegati tal-Apex Group qattgħu nofstanhar  jagħtu daqqa t’id fid-Dar tal-Providenza. Uħud kienu involuti fil-kċina filwaqt li oħrajn ħadu ħsieb it-tindif u l-ħasil tal-ħwejjeġ.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, irringrazzja wkoll lill-Apex Group u lill-impjegati tiegħu għad-donazzjoni ġeneruża ta’ €1,000 flimkien ma’ oġġetti oħra utli għad-Dar. Huwa faħħar l-impenn tagħhom u t-turija ta’ solidarjetà li taw ħinhom u middew idejhom għal xogħol li jrid isir kontinwament fid-Dar u li għalih kull għajnuna tiġi apprezzata.

L-Apex Group hija kumpanija internazzjonali fil-qasam finazjarju. Ilha topera f’Malta għal dawn l-aħħar 14-il sena u għandha 130 impjegat.

Sport