Wednesday, January 21, 2026

“Importanti li ħaddiem ikun imsieħeb fi trade union” – Jonathan Vella 

Aqra wkoll

Ir-rappreżentat tal-unjin għal Għawdex Jonathan Vella beda biex qal li huwa issa ilu f’din il-kariga għal aktar minn sentejn. Qal li f’dan iż-żmien ltaqa’ ma’ mijiet ta’ ħaddiema u kellu laqgħat ukoll ma’ min iħaddem u stakeholders oħra f’Għawdex fejn ħa sehem f’seminars kemm f’din il-gżira u anke f’Malta sabiex jitgħallem u jġib l-aħjar pagi u kundizzjonijiet għall-ħaddiema Għawdxin.

Vella kompla jgħid li l-unjin illlum hi importanti daqs, jekk mhux iktar, minn qatt qabel. “Li tkun f’unjin li verament tirrappreżenta lill-ħaddiem, li tkun it-tarka tiegħu, li tkun miegħu fid-diffikultajiet u meta jiġi l-bżonn. Dan jixhduh il-ħaddiema membri tal-GWU.”

Vella enfasizza fuq l-importanza li ħaddiem ikun imsieħeb fi trade union sabiex id-drittijiet tiegħu ma jiġux mittiefsa u ħadd ma jiġi abbużat. “Fis-soċjetà kulħadd hu importanti. Mill-inqas xogħol li forsi ħafna qatt ma għaddielhom minn moħħhom li jaħdmu, sal-iktar pożizzjoni għolja li forsi wieħed jara f’għajnejh.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport