“Issa li għadda l-Kungress Nazzjonali tal-GWU, li nixtieq jiena huwa li tibqa’ tirrenja l-għaqda fost id-delegati, l-Amministrazzjoni u s-Segretarji. Issa se jibda proċess biex għada pitgħada jilħaq Segretarju Ġenerali ġdid u nixtieq li kull min ipoġġi ismu għal xi kariga jpoġġi fl-ewwel post l-interess tal-Unjin.
“Importanti li tibqa’ tirrenja l-għaqda, li kollox isir b’ġustizzja, trasparenza u li dak li jkun ikollu r-rekwiżiti meħtieġa biex jilħaq għal ċertu pożizzjonijiet,” qal l-ex President tal-GWU Victor Carachi.
Saħaq li huwa importanti, bħalma hu dejjem esiġa, li jkun hemm l-għaqda u li tibqa’ l-imħabba lejn din il-Unjin. Li tibqa’ tirrenja u tkun il-mutur biex dak li jkun jimxi ‘l quddiem.

