Friday, July 18, 2025

“IMSAĦĦAR F’GĦAJNEJK” … Kapitlu Tlettax u Debbie Scerri jingħaqdu f’kanzunetta speċjali għal Brian u Steph

Storja ta’ mħabba li saret mużika f’jum li jibqa’ mnaqqax fil-memorja

Aqra wkoll

YouTube video

Wara sensiela ta’ kanzunetti li laħqu l-qlub tal-pubbliku, il-grupp Kapitlu Tlettax jirritorna bi proġett mimli emozzjoni li jmiss il-qalb. Din id-darba jingħaqad ma’ waħda mill-aktar vuċijiet magħrufa fil-pajjiż, Debbie Scerri, f’kanzunetta li tfisser kollox għal koppja waħda: Imsaħħar f’Għajnejk.

Din il-kanzunetta, miktuba u maħduma apposta għal Brian u Steph, ġiet imnedija proprju fil-jum tat-tieġ tagħhom bħala rigal mużikali uniku u personali li jirrakkonta l-ġrajja tagħhom bħala koppja. Bil-lirika tagħha li titkellem fuq l-ewwel daqqa t’għajn, il-mumenti li jibnu relazzjoni u l-wegħda għal futur flimkien, Imsaħħar f’Għajnejk hija xempju ta’ romantiżmu veru.

Il-kanzunetta ġiet prodotta minn Cyprian Cassar, filwaqt li l-vidjo mużikali, iffilmjat b’mod artistiku biex juri l-mumenti simboliċi ta’ mħabba, ġie maħdum minn Memorabilia Films.

“Ma stajniex nirrifjutaw l-idea li nibnu diska għal mument hekk sabiħ” qal Joseph f’isem Kapitlu Tlettax. “Il-mużika għandha l-qawwa li żżomm ħajjin il-memorji, u din il-kanzunetta hija testment għal dak.” Debbie Scerri żiedet “Kien ta’ unur għalija li ngħaqqad il-vuċi tiegħi ma’ Kapitlu Tlettax biex nagħtu leħen lil din l-imħabba, pura u sinċiera.”

Imsaħħar f’Għajnejk issa hija disponibbli fuq YouTube u Facebook.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport