Monday, November 24, 2025

Imsejħa l-iskwadra finali tal-Under 19 tan-Nisa għall-kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew

Aqra wkoll

Il-coach nazzjonali tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il sena, David Attard, sejjaħ skwadra finali ta’ 20 player għall-kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew kontra l-Latvja, l-Iżrael u l-Kazakhstan, li se jintlagħbu fil-jiem li ġejjin.

Malta se tiffaċċja lit-tliet nazzjonijiet fi Grupp 6 ta’ League B, bil-logħbiet jintlagħbu fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali. L-ewwel logħba ta’ Malta se tkun kontra l-Latvja nhar it-Tlieta, 25 ta’ Novembru fil-11.00 am, qabel ma tiffaċċja lill-Iżrael, nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru, fis-2.30pm. L-aħħar logħba, li se tara lil Malta tilgħab kontra l-Kazakhstan, se ssir nhar it-Tnejn 1 ta’ Diċembru, u tibda fil-11.00 am.

Il-biljetti għal-logħbiet kollha huma disponibbli fuq il-portal tal-biljetti tal-Malta FA. Il-logħbiet kollha ta’ Malta se jkunu wkoll live fuq il-pjattaforma YouTube tal-Malta FA.

Attard inizjalment kien sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 22 player, iżda issa naqqasha għal skwadra finali ta’ 20.

L-iskwadra finali magħżula hija kif ġej:

Goalkeepers: Erika Muscat (Swieqi United), Maya Muscat (Hibernians FC), Julia Maria Zarb (Birkirkara FC)

Difensuri: Lara May Azzopardi (Birkirkara FC), Francesca Bartolo (Hibernians FC), Amber Galea (Hibernians FC), Thea Ida Scicluna (Swieqi United)

Midfielders: Lexine Farrugia (AS Roma – Italja), Shana Farrugia (Hibernians FC), Suzanne Farrugia Sacco (Hibernians FC), Emma Sophia Flannery (Albion SC Las Vegas – Stati Uniti), Stella Francalanza (Birkirkara FC), Shannen Mallia (Swieqi United), Ema Micallef (Swieqi United)

Attakkanti

Nilayza Attard (San Gwann FC), Lisa Calleja (Hibernians FC), Nyorah Celeste (Hibernians FC), Crista Chetcuti Ganado (Leicester City – Ingilterra), Angele Fenech (Lija Mġarr FC), Thais Muscat (San Gwann FC)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport