Malta se terġa’ tibda l-kampanja ta’ kwalifikazzjoni Ewropea tagħha għat-Tazza tad-Dinja 2026, ix-xahar id-dieħel b’żewġ logħbiet kruċjali fi Grupp G.
It-team nazzjonali se jilqa’ lil-Litwanja nhar is-Sibt, 7 ta’ Ġunju fl-Istadium Nazzjonali, fis-6.00 pm, qabel ma jiffaċċja sfida diffiċli barra minn xtutna kontra l-Olanda, fl-10 ta’ Ġunju, fl-Euroborg Stadion f’Groningen, fid-8.45pm).
Il-coach, Emilio De Leo, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 35 player hekk kif qed jipprepara għat-tieni sett ta’ logħbiet internazzjonali fit- tmexxija tat-team.
Fost l-inklużjonijiet ġodda notevoli hemm Joshua Pitts ta’ Ipswich Town u Elliott Gunner ta’ Chesterfield, żewġ talenti promettenti li qabel kienu jilagħbu ma’ Malta fil-livell ta’ Taħt it-18 u s-17-il sena rispettivament u issa ġew promossi fl-iskwadra tal-kbar.
Sadanittant, il-goalkeeper Matthias Debono (Naxxar Lions) u l-midfielder Neil Micallef (Birkirkara) jirritornaw fl-iskwadra, wara li ġew imsejħa fil-logħbiet preċedenti iżda għadhom qed jistennew id-debutt tagħhom taħt De Leo.
Aħbar tajba għat-team nazzjonali hija dik li Jodi Jones, Jurgen Degabriele, u Kemar Reid kollha rritornaw minn injury wara li tilfu l-aħħar round ta’ logħbiet.
Madankollu, Ilyas Chouaref se jibqa’ barra miż-żewġ logħbiet hekk kif qed jiskonta sospensjoni ta’ żewġ logħbiet.
Kurt Shaw u Gabriel Mentz, li ġew imsemmija fl-għażla inizjali tal-iskwadra, huma sospiżi għal-logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Litwanja iżda se jkunu disponibbli għal-logħba barra minn darna kontra l-Olanda.
Players li l-clubs tagħhom ġew eliminati mill-FA Trophy se jibdew it-taħriġ mat-team nazzjonali fid-19 ta’ Mejju.
Dawk li għadhom involuti fil- kompetizzjoni – li se jieħdu sehem fis-semi-finali u l-finali – se jingħaqdu mal-iskwadra fis-26 ta’ Mejju, wara t-tmiem tal-impenji domestiċi tagħhom.
Sadanittant, il-players ibbażati barra l-pajjiż huma mistennija li jaslu matul l-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju, li tikkoinċidi mat-tħabbira tal-lista finali tal-iskwadra għall-kwalifikazzjonijiet.
Il-partitarji jistgħu jixtru l-biljetti tagħhom online mis-sit elettroniku tal-MFA jew direttament mill-kabini tal-biljetti tal-istadium f’jum il-logħba.
L-iskwadra ta’ 35 player hija din:
Goalkeepers: Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol – Moldova), Henry Bonello (Hamrun S.), James Sissons (Melita), Matthias Debono (Naxxar L.).
Difensuri: Zach Muscat (Sanliurfaspor – Turkija), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana), Juan Carlos Corbalan (Marsaxlokk), James Lee Carragher (Wigan Athletic FC – Ingilterra), Steve Borg, Ryan Camenzuli (Hamrun S.), Kurt Shaw (Hibernians), Enrico Pepe, Gabriel Bohrer Mentz (Gzira U.), Jean Borg, Myles Beerman (Sliema W.), Neil Micallef (Birkirkara).
Midfielders: Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec – Polonja), Brandon Diego Paiber, Jake Azzopardi (Valletta), Bjorn Kristensen (Hibernians), Alexander Satariano (Birkirkara), Dunstan Vella, Jake Grech (Floriana), Teddy Teuma (Stade de Reims – Franza), Steve Pisani (Sliema W.).
Attakkanti: Joseph Mbong (Hamrun S.), Adam Magri Overend (Sliema W.), Jodi Jones (Notts County FC – Ingilterra), Paul Mbong, Kemar Reid (Birkirkara), Jurgen Degabriele (Hibernians), Basil Tenywa Tuma (Reading FC – Ingilterra), Kyrian Nwoko (Sliema W.), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra), Gunner Elliott (Chesterfield FC – Ingilterra)