Saturday, December 21, 2024

Imut anzjan ta’ 86 sena waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 10 każi ġodda tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm 23 każi oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huwa ta’ 251.

In-numru ta’ mwiet issa huwa ta’ 460 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet raġel ta’ 86 sena waqt li kien pożittiv bil-Covid-19

Bħalissa f’Mater Dei hemm 14-il pazjent li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, b’erba’ minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 863,183 doża tal-vaċċin li minnhom 41,425 kienu l-ewwel doża.

Ekonomija

Sport