Tuesday, March 4, 2025

Imut Carl Dean, ir-raġel tal-ikona tal-mużika country Dolly Parton

Aqra wkoll

Id-dinja tal-mużika madwar id-dinja qiegħda ssellem il-memorja ta’ Carl Dean, ir-raġel tal-ikona tal-mużika country Dolly Parton. Hu miet fl-età ta’ 82 sena f’Nashville, Tennessee.

Dean ien iżżewġġew lil Dolly Parton 60 sena ilu u dejjem żammew ir-relazzjoni tagħhom b’mod privat ħafna tant li ftit li xejn dehru fil-pubbliku flimkien.

Hu kien iltaqa’ ma’ Parton meta kellha biss 18-il sena u kien żżewġu sentejn wara. Dean kellu kumpanija tal-asfalt liema negozju kien ta’ suċċess kbir.

Jingħad li Dean kellu influwenza kbira dwar il-mużika li toħroġ martu tant li ħafna jgħidu li kien il-moħħ wara l-album tagħha “Rockstar”.

Fi stqarrija Parton esprimiet is-sogħba tagħha għall-mewt ta’ żewġha filwaqt li rringrazzjatu għas-snin twal li qattgħu flimkien.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport