Thursday, October 10, 2024

Imut dak li kien maħsub l-ixjeħ raġel fid-dinja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel mill-Afrika ta’ Isfel li hu maħsub li kien l-ixjeħ raġel fid-dinja miet fl-età ta’ 116-il sena. Id-dokumenti tal-identità tiegħu juru li huwa twieled f’Mejju tal-1904 f’Eastern Cape, anke jekk dan id-dokument qatt ma ġie vverifikat mill-Guinness World Records.

Meta kien żagħżugħ, il-familja kollha tiegħu mietet minħabba l-pandemija ta’ Spanja. Huwa rnexxielu jgħix ukoll żewġ gwerer dinjija. F’intervista ma’ BBC fl-2018 huwa qal li ma hemmx sigriet wara ħajja daqstant twila.

Blom kien raġel bieżel u għamel żmien jaħdem bħala bidwi u aktar tard ħadem fl-industrija tal-kostruzzjoni sakemm irtira ta’ 80 sena.

Minkejja li hu waqaf jixrob l-alkaħol snin ilu, huwa kien ipejjep b’mod regolari.

Dokument tal-identità ta’ Bloom

Sport