Sunday, October 27, 2024

Imut ex player ta’ Torino

Aqra wkoll

It-Tnejn filgħaxija tħabbret il-mewt tal-ex player ta’ Torino, Akeem Omolade. Huwa nstab mejjet fil-karozza tiegħu fil-kapitali ta’ Sqallija, Palermo.

L-ex attakkant Niġerjan ta’ 39 sena lagħab mal-Granata fis-Serie A bejn l-2001 u l-2003. Huwa lagħab ukoll ma’ bosta clubs oħrajn fosthom Treviso u Reggiana.

Stqarrija tal-club ta’ Torino kienet tgħid: “Il-club flimkien mal-president, Urbano Cairo, jaqsmu dan il-mument ta’ niket mal-familjari tal-ex player Akeem Omolade.

“Għaldaqstant, il-club jibgħat il-kondoljanzi lill-familja, lill-ġenituri kif ukoll lill-ħbieb tiegħu.”

Sport