Thursday, March 28, 2024

Imut f’inċident bil-mutur f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Raġel tilef ħajtu wara li għall-ħabta tal-5:15 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li raġel Serb ta’ 53 sena residenti Birkirkara għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tal-għamla BMW li kien qiegħed isuq u konsegwentament waqa’.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseanne Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport