Il-partitarju ta’ Juventus u preżentatur fuq it-televiżjoni, Edrissa Sanneh, magħruf aħjar bħala Idris ħalla din id-dinja fl-eta’ ta’ 72 sena.
Idris kien protagonista fil-bidu ta’ dan is-seklu waqt il-programm “Quelli che il calcio” li kien jixxandar fuq l-istazzjonijiet tar-RAI u li kien ikun ippreżentat minn Fabrizio Fazio u Simona Ventura.
Idris kien magħruf għall-ironija tiegħu u anke għal mod kif kien isegwi lil Juventus.
Ħafna sellmu l-memorja ta’ dan il-preżentatur mill-Gambja u li mar jgħix l-Italja lejn l-aħħar tas-snin disgħin.