Wednesday, December 25, 2024

Imut il-Bulgaru li kien involut f’inċident fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Il-Bulgaru ta’ 38 sena li l-Ħadd filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun, sfortunatament tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

Kien għall-ħabta tat-7.45 p.m. x’ħin seħħ inċident bejn mutur Honda 600 Hornet, misjuq mill-Bulgaru u Mitsubishi L200 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti ż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u kienet ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

Fi stqarrija maħruġa t-Tlieta waranofsinhar, il-Pulizija qalet li r-raġel sfortunatament tilef ħajtu kawża tal-ġrieħi li ġarrab.

L-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport