Ftit tal-ħin ilu tħabbar li ħalliena Dun Victor Grech, l-eks Direttur tal-Caritas Mons. fl-età ta’ 95 sena.
Hu twieled f’Bormla fid-19 t’Ottubru 1929 u ggradwa mill-Università ta’ Malta. Wara li kien ordnat bħala saċerdot, hu kellu wkoll diversi rwoli fosthom viċi-rettur u rettur tas-Seminarju.
Minkejja l-età tiegħu, Grech kien baqa’ ferm attiv ferm b’ġurnata organizzata bl-akbar reqqa fejn kompla jagħti s-servizz tiegħu bħala saċerdot.
Dan is-sit kien ltaqa’ miegħu fejn wieħed mal-ewwel innota t-trankwillità u s-serenità ta’ dan is-saċerdot ferm magħruf f’Malta iżda umli ħafna fil-karattru tiegħu.