Thursday, December 26, 2024

Imut il-Ġermaniż Egidius Braun

Aqra wkoll

Il-football Ġermaniż u Ewropew qed jibki l-mewt ta’ Egidius Braun, fl-età ta’ 97 sena, li kien  amministratur mill-aqwa tal-football li l-kuxjenza soċjali tiegħu kienet magħrufa f’pajjiżu u barra.

Braun kien president tad-DFB mill-1992 sal-2001. Huwa kien viċi-president tal-UEFA mill-1992 sal-2000 u membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA mill-1988 sal-2000, u serva wkoll bħala teżorier tal-UEFA (1996-2000) u chairman ta’ bosta kumitati tal-UEFA.

Qaddej bla heda tal-football, u mbierek b’kuxjenza soċjali profonda, huwa sar membru onorarju tal-UEFA fl-2000, u ngħata l-Ordni tal-Mertu tal-UEFA fid-Djamant – riservat għal nies li ħadu l-ogħla funzjonijiet fil-football, jew li servew il-logħba b’distinzjoni partikolari – fl-2004.

“Aħna mnikktin ħafna bil-mewt ta’ Egi­dius Braun,” qalu l-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin, u s-segretarju ġenerali, Theodore Theodoridis, meta offrew il-kondoljanzi tagħhom lid-DFB, lill-Fondazzjoni Egidius Braun, lill-familja u lill-ħbieb.

Id-DFB talbet biex tiġi osservata minuta silenzju fil-partiti kollha tal-football fil-Ġermanja fi tmiem il-ġimgħa bħala marka ta’ gratitudni u rispett.

Ekonomija

Sport