Ftit tal-ħin ilu, il-club Skoċċiż ta’ Rangers, għadu kif ħabbar il-mewt tal-goalkeeper leġġendarju, Andy Goram, fl-etá ta’ 58 sena.
Huwa tilef il-ġlieda tiegħu kontra kanċer fl-istonku.
Huwa lagħab mal-Gers bejn l-1991 u l-1998 fejn b’kollox lagħab 260 partita li fihom rebaħ kull unur li joffri l-football Skoċċiż.
Barra minn hekk lagħab 43 partita għall-Iskozja bejn l-1985 u l-1998.
Huwa lagħab ukoll għal Manchester United, fl-2001, meta kien misluf mingħand Motherwell.