Imut il-kelb li kien iżomm kumpanija lill-pazjenti tal-Isptar Mercato San Severino, liema sptar jinsab qrib Napli.
Fil-midja Taljana nkiteb li “Coco” kien jafu kull min daħal l-Isptar u kien ħabib mal-pazjenti kollha. Hu kien spiċċa jgħix l-Isptar wara li sidu miet fl-istess sptar għaxar snin ilu.
Minn dakinhar ‘l hawn il-kelb qatt ma telaq mill-isptar u bħal donnu kien jistenna lil sidu jirritorna bħala pazjent.

