Sunday, December 22, 2024

Imut il-leġġenda tal-films Franċiż Alain Delon

Aqra wkoll

Alain Delon, meqjusa bħala leġġenda tal-films Franċiżi miet fl-età ta’ 88 sena. L-attur kien wieħed mill-aqwa stilel tal-films fi Franza fejn l-aktar li jibqa’ magħruf hu għall-partijiet li ħadem fil-films “The Samurai” u “Borsalino.”

“Hu miet fid-dar tiegħu f’Douchy imdawwar minn uliedu u l-familja tiegħu,” qalet stqarrija li ħarġet lill-midja internazzjonali.

Għal dawn l-aħħar snin Delon kellu problemi serji ta’ saħħa. Fl-aħħar snin kellu problemi wkoll familjari li ġibdu l-attenzjoni tal-midja internazzjonali.

Għal xi żmien Delon kien meqjus bħala wieħed mill-isbaħ irġiel li kienu jaħdmu l-films. Hu ġibed l-ammirazzjoni ta’ diversi diretturi fejn tawh irwoli differenti.

B’kollox hu deher f’aktar minn 90 film tul il-karriera tiegħu. Il-ġurnali Franċiżi rrapportaw il-mewt tiegħu bi prominenza kbira fejn ħafna ddeskrivewh bħala “l-leġġenda tal-films”.

Ekonomija

Sport