Monday, March 17, 2025

Imut il-“Porporina”… ħareġ mill-ħabs ħmistax ilu

Aqra wkoll

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Alfred Bugeja magħruf għala bħala “l-Porporina”. Skont siti tal-aħbarijiet lokali hu ħareġ mill-ħabs madwar 15 ilu.

Bugeja kellu 67 sena u beda bil-problemi mal-ġustizzja minn età żgħira. Fil-fatt hu kien ingħata l-ewwel sentenza meta kellu biss 16-il sena.

F’intervista li kien ta xhur ilu kien qal li hu jemmen li r-reputazzjoni tiegħu u anke l-laqam li kien ħa mingħand missieru wassluh biex ħallas aktar milli kien jixraq.

Dakinhar hu kien għadda messaġġ lil persuni oħrajn biex ma jaqbdux l-istess trid li qabad hu minn meta kien żgħir fejn il-konsegwenzi kienu li qatta’ ħafna minn ħajtu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport