Thursday, April 9, 2026

Imut ir-raġel li nhar il-Ħadd intlaqat minn valanga tal-borra fl-Italja

Aqra wkoll

Cesare Zilio ta’ 36 sena ġie ċċertifikat mejjet wara li nhar il-Ħadd li għadda ntlaqat minn valanga tal-borra f’Cima Grava fl-Italja.

Ir-raġel kien miexi ma’ sħabu fuq il-borra, iżda f’nofs il-mixja ntlaqat minn valanga tal-borra. Sħabu rnexxilhom isalvaw u jċemplu għall-għajnuna. Fil-fatt fuq il-post mar ħelikopter li ħa lir-raġel fi sptar f’Bolzano.

Minkejja kull tentattiv biex isalva, hu miet ftit tas-sigħat ilu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport