Friday, November 15, 2024

Imut ir-raġel li ttajjar fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel ta’ 47 sena residenti l-Qrendi tilef ħajtu wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-7:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani fiż-Żejtun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien ittajjar minn karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 26 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport