Kull min hu midħla tal-Gżira żgur li xi darba jew oħra ra lil dak magħruf bħala ‘ir-Red Man’. Raġel li kont tarah għaddej b’rota. Ir-residenza tiegħu ukoll kienet partikolari. Għal xi żmien kien jagħti l-għajnuna tiegħu għal festa tal-Madonnta tal-Karmnu.

Ir-‘Red Man’, Nikolas Merson, miet fl-aħħar sigħat u immedjatament inħarġet stqarrija l-Għaqda Mużika Madonna tal-Karmnu fil-Gżira.
Ir-‘Red Man’, kien magħruf għal mod kif kien jieħu ħsieb il-qtates u l-papri, li kien jitmagħhom regolarment.

Ikkummenta dwaru Mark Camilleri li anke qasam ritratti tiegħu fuq il-midja soċjali. Hu ddikjara li “lil Nicholas se nħossu n-nuqqas tiegħu, aħna li konna ġirien tiegħu.”