Sunday, December 22, 2024

Imut it-tielet ħaddiem tat-tifi tan-nar fil-Kanada

Ġlieda kontra l-ħin biex jikkontrollaw l-agħar nirien fil-pajjiż

Aqra wkoll

L-Awtoritajiet Kanadiżi ħabbru li kien miet it-tielet ħaddiem tat-tifi tan-nar hekk kif il-pumpiera għaddejjin bi ġlieda kontra l-ħin biex jikkontrollaw l-agħar nirien li qatt seħħew il-Kanada

Aktar residenti li jisabu qrib in-nirien komplew jaħarbu minn djarhom minħabba biża’ li dan in-nar jista’ jeqred ukoll djarhom. S’issa tant kemm huma kbar in-nirien li l-pumpiera qalu li jridu diversi sigħat oħrajn biex jiġu taħt kontroll.

Residenti fil-villaġġ ta’ Osoyoos ġew avżati biex jitilqu minn djarhom u jsibu kemm f’postijiet oħrajn. Minħabba li n-nirien huma kbar ħafna pumpiera mill-Istat ta’ Washington fil-Istati Uniti qasmu l-fruntiera biex jgħinu lill-kollegi tagħhom fil-Kanada.

F’dan in-nirien diġà mietu żewġ pumpiera oħra f’dan li qiegħed jitqies bħala l-agħar nar li qatt laqat lill-pajjiż.

Ekonomija

Sport