F’Ruma dalgħodu ħarġet l-aħbar li t-tifel ta’ 3 snin li kien ittieħed għal kura l-Italja minn Gaża kien miet.
Jirriżulta li t-tifel kien ittieħed Ruma minħabba li f’Gaża ma setax jieħu l-kura tal-kanċer li kellu minħabba l-attakki kontinwi li kienu qegħdin isiru minn Iżrael.
Hu kien ġie trasferit lejn l-Italja fi Frar li għadda.
Tobba Taljani li tkellmu mal-midja qal li l-kundizzjoni tiegħu kienet waħda gravi ħafna minħabba li kien ilu ma jieħu trattament tal-kanċer għal diversi ġimgħat. “Kien ma tħallix daqshekk Gaża u wasal qabel l-Italja konna nsalvawh…” qal tabib f’kummenti lill-midja.