Sunday, December 22, 2024

Imut it-tifel li waqa’ f’pixxina fis-Swieqi

Aqra wkoll

Tifel ta’ sitt snin li aktar kmieni dan ix-xahar kien se jegħreq f’pixxina li tinsab f’residenza privata fis-Swieqi għadu kif tilef ħajtu.

L-inċident imur lura għat-13 ta’ Mejju għall-ħabta tas-2.15pm fi Triq Sant Andrija. Dakinhar minn stqarrija maħuġa mill-Pulizja ingħad li għal xi raġuni t-tifel waqa’ fil-pixxina u sab ruħu f’diffikultà.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fuq il-post u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard huwa kien ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Sfortunatament tnax-il ġurnata wara l-inċident it-tifel tilef ħajtu.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Philip Farrugia Galea. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport