Il-produttur tal-films Jean-Marc Vallée, li tana films ikoniċi bħal Dallas Buyers Club u Wild miet fl-età ta’ 58 sena.
Huwa miet matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġewwa l-belt ta’ Quebec, u sakemm morna għall-istampa kien għandu mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt. Nies li ħadmu mill-qrib ma’ Vallée deskrivewh bħala “artist ta’ veru, ġeneruż u bniedem li jaf iħobb.” Huma tennew li, “kull min ħadem miegħu ma setax ma jinnotax it-talet u l-viżjoni li kellu.”
Kien Nathan Ross, li ħadem mill-qrib ma’ Vallée f’numru ta’ prodozzjonijiet, li kkonferma r-rapporti ta’ The Hollywood Reporter dwar il-mewt ta’ Vallée. Huwa ddeskriva lil Vallée bħala qisu ħuh il-kbir u ħabib kreattiv.
Ċertament il-qofol tal-karriera ta’ Jean-Marc Vallée ntlaħqet bil-film Dallas Buyers Club li kien ħareġ fl-2013. Dan il-film jirrakkonta l-istorja emozzjonali ta’ Ron Woodroof li kien ibigħ drogi esperimentali kontra l-marda tal-Aids ġewwa Texas.
Dan il-film kien wassal għar-rebħ tal-Oscar għal Matthew McConaughey bħala l-aqwa attur.