Fiorentina jinsabu f’luttu wara l-mewt ħesrem ta’ Giuseppe Barone, id-direttur ġenerali tal-klabb. Hu ġie rikoverat fl-isptar San Raffaele ta’ Milan il-Ħadd filgħodu qabel il-logħba li l-Viola kellhom jilagħbu kontra Atalanta u li mbagħad ġiet posposta.
Kienu Fiorentina stess li ħabbru din l-aħbar fejn qalu li kienu mnikkta li Barone ta’ 57 sena kellu jħalli din id-dinja ħabta u sabta.
Il-president ta’ Fiorentina Rocco Commisso faħħar il-kwalitajiet ta’ Barone li ta qalbu għal dan il-klabb u sostna li l-ebda bniedem midħla tal-Viola m’hu se jinsih.
Sar magħruf li l-funeral tiegħu se jsir fi New York.