Imut Kyle Mifsud, ir-raġel ta’ 33 sena li ndarab fl-isparataura tal-bieraħ fil-Birgu.
Ir-raġel ta’ 33 sena sfortunatament tilef ħajjtu fl-Isptar Mater Dei matul il-lejl li għadda.
B’rabta ma’ dan il-każ, raġel ta’ 70 sena mill-Birgu jinsab arrestat. L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, bil-każ issa qed jiġi trattat bħala omiċidju.